Wirja
- Wirja: Il-Parlament Ewropew: 70 sena ta’ demokrazija Ewropea fl-azzjoni
Fl-10 ta’ Settembru 1952 fi Strażburgu, ingħatat bidu l-ewwel sessjoni li qatt saret tal-Assemblea Komuni tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar. Dan kien il-punt tat-tluq tal-Parlament Ewropew tal-lum.
F’70 sena, l-Assemblea ssaħħet. Saret istituzzjoni fil-veru sens tal-kelma li tħaddan fiha d-demokrazija Ewropea u l-espressjoni tal-opinjoni pubblika Ewropea. Illum il-ġurnata, hija saret l-uniku parlament tranżnazzjonali elett b’mod dirett, multilingwi u multipartitiku fid-dinja. Din il-wirja tippreżenta l-istorja tal-istituzzjoni, ir-rwol taċ-ċittadini Ewropej fl-istorja tal-Parlament u l-istadji l-aktar importanti tal-iżvilupp tagħha fuq medda ta’ 70 sena.
Kapitoli
Spazju demokratiku tranżnazzjonali Istituzzjoni politika Il-Parlament Ewropew jiddefendi d-drittijiet tal-bniedem fl-Ewropa u fid-dinja kollha Id-difiża tal-valuri tal-Unjoni Ewropea Il-kelliem taċ-ċittadini Ewropej Il-Parlament Ewropew jisma' lis-soċjetà ċivili 70 sena ta’ preżenza fi Strażburgu Il-Parlament fl-azzjoni Niċċelebraw 70 sena ta’ demokrazija Ewropea Krediti