- Wirja: Il-Parlament Ewropew: 70 sena ta’ demokrazija Ewropea fl-azzjoni
- Istituzzjoni politika
Meta nħoloq fi żmien il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA), ir-rwol tal-Parlament Ewropew kien essenzjalment wieħed konsultattiv. Mas-snin, huwa għaraf jibdel il-bilanċi istituzzjonali u l-mekkaniżmi ta’ kontroll biex iżid il-kompetenzi tiegħu u s-setgħa baġitarja u leġiżlattiva tiegħu.
Fi żmien qasir, il-membri tiegħu ddeċidew li jitqassmu skont l-affinitajiet ideoloġiċi tagħhom, fi ħdan gruppi politiċi tranżnazzjonali. Gradwalment, dawn il-gruppi waslu biex ikkontribwew b’mod sostanzjali għall-kapaċità operazzjonali tal-Parlament.
Bl-elezzjoni tiegħu bis-suffraġju universali dirett tal-1979, il-Parlament ibbaża ruħu fuq il-leġittimità demokratika tiegħu, fuq il-kapaċità tiegħu li jsib postu bħala istituzzjoni u fuq il-libertà ta’ diskussjoni tiegħu biex iżid is-saħħa tiegħu u jespandi l-oqsma li jintervjeni fihom.
Mal-avvanz tal-integrazzjoni Ewropea u tal-evoluzzjoni tat-Trattati, il-Membri tal-Parlament Ewropew iddiversifikaw l-attivitajiet tagħhom biex il-Parlament isir entità li tinfluwenza l-aġenda politika. Huma taw ukoll spinta għal xi riformi istituzzjonali. Illum il-ġurnata, il-Parlament jipparteċipa b’mod attiv fit-tfassil tal-leġiżlazzjoni, tal-baġit u tal-politiki tal-Unjoni Ewropea.
Isma' l-podcast
Il-Parlament Ewropew qed ifakkar is-70 sena ta' demokrazija fl-azzjoni – mill-ewwel assemblea tiegħu fl-1952, aktar b'saħħtu minn qatt qabel matul żminijiet diffiċli.