Dar Jean Monnet
Dar għall-Ewropa
Dar għall-Ewropa
Missier fundatur tal-Unjoni Ewropea, Jean Monnet (1988-1979) iddedika ħajtu biex jgħaqqad lill-Ewropej u biex jistabbilixxi l-għaqda u l-paċi fl-Ewropa u madwar id-dinja. Il-viżjoni tiegħu għal Ewropa magħquda, viżjoni li kellha tbiddel lil dan il-kontinent għal dejjem, inħolqot hawnhekk fid-dar modesta tiegħu fil-periferiji ta' Pariġi. Matul is-snin, dinjitarji u mexxejja minn madwar id-dinja ltaqgħu ma' Monnet f'Houjarray biex jiddiskutu l-futur tal-Ewropa. Wara li esperjenza l-orruri tat-Tieni Gwerra Dinjija, kien hawnhekk fejn Monnet ħadem biex jgħaqqad lill-pajjiżi Ewropej u biex joħloq Ewropa b'saħħitha u magħquda. Dan wassal biex Franza u l-Ġermanja għaqqdu l-produzzjoni tal-azzar u l-faħam taħt awtorità komuni, biexikun żgurat li qatt ma tista' terġa' sseħħ gwerra bejn iż-żewġ pajjiżi u titwitta t-triq għall-Unjoni Ewropea li nafu llum. U dan kollu beda hawn - f'Houjarray, id-dar għall-Ewropa.