- Wirja: Il-Premju Sakharov, il-Parlament Ewropew u d-drittijiet tal-bniedem fid-dinja
- Rebbieħa 2020 - 2024
L-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja-2020, Belarussja
Immexxi minn nisa kuraġġużi u minn personalitajiet oħra tas-soċjetà ċivili u politiċi, il-Kunsill ta’ Koordinazzjoni għaqqad il-Bjelorussi fil-ġlieda favur id-demokrazija fl-aħħar dittatorjat tal-Ewropa.
Mingħajr Belarussja ħielsa, lanqas l-Ewropa ma tista' tkun verament ħielsa (...) Jien għandi biss xewqa waħda dis-sena. Nixtieq li kull persuna Belarussa li għadha l-ħabs jew li spiċċat f'eżilju furzat tkun tista' tmur lura d-dar.
Sviatlana Tsikhanouskaya
Il-Premju Sakharov 2021: Alexei Navalny
Alexei Navalny huwa politiku tal-oppożizzjoni Russa, attivist kontra l-korruzzjoni u avversarju politiku ewlieni tal-President Vladimir Putin.
Jiena biss wieħed minn dawk il-ħafna li jiġġieldu l-korruzzjoni, għax jien inqisha mhux biss il-kawża tal-faqar u d-degradazzjoni tal-istati, iżda wkoll it-theddida prinċipali għad-drittijiet tal-bniedem. Niddedika l-premju li ngħatajt lil dawk kollha li jiġġieldu l-korruzzjoni fid-dinja kollha.
Alexei Navalny
Il-poplu Ukren - 2022, Ukrajna
Il-MPE taw il-Premju Sakharov 2022 għal-Libertà tal-Ħsieb lill-poplu kuraġġuż tal-Ukrajna, irrappreżentat mill-President, il-mexxejja eletti u s-soċjetà ċivili tagħhom.
Dan il-premju huwa għal dawk l-Ukreni li qed jiġġieldu fuq il-post. Għal dawk li ġew sfurzati jaħarbu. Għal dawk li tilfu qraba u ħbieb. Għal dawk kollha li qed jipprotestaw u jiġġieldu għal dak li fih jemmnu. Naf li l-poplu kuraġġużi ta ‘l-Ukrajna mhux se jirriżenja, u lanqas aħna m’aħna se nagħmlu hekk.
Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola
Jina Mahsa Amini u l-moviment Nisa, Ħajja, Libertà - 2023, Iran
Il-Premju Sakharov tal-PE għal-Libertà tal-Ħsieb 2023 ingħata lil Jina Mahsa Amini u lill-Moviment “Mara, Ħajja, Libertà” fl-Iran. Ir-rebbieħa kienu rappreżentati minn Saleh Nikbakht, akkademiku u l-avukat li qed jirrappreżenta l-familja ta’ Jina Mahsa Amini, u Afsoon Najafi u Mersedeh Shahinkar, difensuri tad-drittijiet tan-nisa Iranjani, li telqu mill-Iran fl-2023.
In-niket ta' Jina huwa etern għalija, u hija immortali għal ħafna nies madwar id-dinja. Nemmen bis-sħiħ li isimha, bħal dak ta’ Joan ta’ Arc, se jibqa’ simbolu tal-libertà. Mill-post tat-twelid ta’ Jina l-eterna, inwasslilkom il-gratitudni bla tmiem tiegħi u tal-familja tiegħi u nispera li intom tibqgħu sodi u kburin fir-rigward tad-deċiżjoni tagħkom.
Omm Jina Mahsa Amini, Mozhgan Eftekhari
María Corina Machado u Edmundo González Urrutia – 2024, il-Venezwela
Il-Parlament Ewropew ta l-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb 2024 lil María Corina Machado bħala l-mexxej tal-forzi demokratiċi fil-Venezwela u lill-President elett Edmundo González Urrutia, li jirrappreżenta lill-Venezwelani kollha ġewwa u barra l-pajjiż li qed jiġġieldu għall-istituzzjoni mill-ġdid tal-libertà u d-demokrazija.