- Wirja: Il-Premju Sakharov, il-Parlament Ewropew u d-drittijiet tal-bniedem fid-dinja
- Rebbieħa 2015 - 2019
Raif Badawi – 2015, l-Arabja Sawdija
Il-blogger Raif Badawi mill-Arabja Sawdija safa flaġellat u mitfugħ il-ħabs talli ddiskuta ideat politiċi liberali u temi reliġjużi online.
Raif mhux kriminal. Hu kittieb u ħassieb ħieles, dak kollox. Raif Badawi nstab ħati għax huwa vuċi ħielsa f'pajjiż li jaċċetta biss opinjoni waħda u ħsieb wieħed.
Ensaf Haidar
Nadia Murad u Lamiya Haji Bashar – 2016, l-Iraq
Nadia Murad u Lamiya Haji Bashar esperjenza it-tjassir sesswali min-naħa tal-Istat Iżlamiku, u llum il-ġurnata saru kelliema għan-nisa li ħajjithom intlaqtet mill-vjolenza sesswali. Huma attivi wkoll bħala difensuri tal-komunità Yazidi tal-Iraq.
Naħseb li nista' nsir il-vuċi tal-vittmi. Il-Premju tagħkom tani s-saħħa biex inkompli. Din hi r-raġuni għaliex iddeċidejt li nsir il-leħen ta' dawk mingħajr leħen.
Lamiya Aji Bashar
L-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela – 2017, il-Venezwela
Fl-2017, l-avversarji politiċi tal-Gvern Venezwelan, inklużi l-Assemblea Nazzjonali u l-priġunieri politiċi kollha, ingħataw il-premju għall-kuraġġ kontinwu tagħhom fil-ġlieda favur il-libertà u l-prosperità fil-Venezwela.
Dan il-premju jagħtina l-enerġija biex inkomplu niġġieldu għall-valuri tagħna u għall-prinċipji tad-demokrazija.
Antonio Ledezma
Oleg Sentsov – 2018, l-Ukrajna
Oleg Sentsov, reġista Ukren miżmum f'ħabs fir-Russja, huwa għajn ta' ispirazzjoni għal dawk li jħabbtu wiċċhom mal-oppressjoni, u simbolu tat-taqbida għall-ħelsien tal-priġunieri politiċi miżmuma fir-Russja u madwar id-dinja.
Huwa unur kbir u responsabbiltà kbira li nirċievi dan il-Premju. Naċċettah, mhux bħala unur personali imma bħala premju għall-priġunieri politiċi Ukreni kollha li għaddew mill-ħabsijiet Russi u għal dawk kollha li għadhom fihom.
Ilham Tohti – 2019, iċ-Ċina
Ilham Tohti huwa professur tal-ekonomija u difensur tal-minoranza tal-Ujguri fiċ-Ċina, li aktar minn miljun minnhom jinsabu detenuti f'kampijiet ta' internament.
Taħsbu li l-mod kif il-gvern Ċiniż jittratta lill-Ujguri huwa problematiku? Jekk taħsbu li iva, nitlobkom, aħdmu biex issibu soluzzjoni!
Jewher Ilham