- Wirja: Il-Premju Sakharov, il-Parlament Ewropew u d-drittijiet tal-bniedem fid-dinja
- Rebbieħa 2010 - 2014
Guillermo Fariñas – 2010, Kuba
Guillermo Fariñas, ġurnalist u politiku dissidenti li għandu wkoll dottorat fil-psikoloġija, għamel sensiela ta' strajks tal-ġuħ bl-għan ta' bidla politika paċifika u tal-libertà tal-espressjoni f'Kuba.
Aħna l-bidla.
Mohamed Bouazizi – 2011, "Ir-Rebbiegħa Għarbija", it-Tuneżija
Mohamed Bouazizi ta n-nar lilu nnifsu bi protesta kontra l-korruzzjoni tal-gvern u l-qgħad estensiv, u b'dan il-ġest qanqal ir-Rivoluzzjoni tal-Ġiżimin fit-Tuneżija.
Ali Ferzat – 2011, Ir-Rebbiegħa Għarbija, Sirja
Bħala kittieb ta' satiri u karikaturi politiċi, Ali Ferzat imbotta l-konfini tal-libertà tal-espressjoni fis-Sirja permezz ta' xogħlu, li jikkritika lir-reġim u lill-forzi tas-sigurtà li tant iqanqlu biża'.
Asmaa Mahfouz – 2011, Ir-Rebbiegħa Għarbija, Eġittu
Bis-saħħa tal-posts tagħha fil-midja soċjali b'appelli lill-Eġizzjani biex jipprotestaw b'mod paċifiku favur il-libertà, id-dinjità u d-drittijiet tal-bniedem, Asmaa Mahfouz għenet biex ingħata bidu għall-moviment revoluzzjonarju fl-Eġittu.
Nixtieq ngħidilkom kemm jien kburi bil-martri kollha tar-rivoluzzjoni Għarbija. Mhux se nittraduhom, se nsegwu din it-triq.
Ahmed El Senussi – 2011, Ir-Rebbiegħa Għarbija, Libja
Ahmed al-Senussi jopponi l-oppressjoni tad-dittatura militari, u jirsisti favur ir-rikonċiljazzjoni inklużiva bħala l-unika triq li tista' twassal għall-paċi u d-demokrazija fil-Libja.
Razan Zaitouneh - 2011, "Ir-Rebbiegħa Għarbija", is-Sirja
Il-ġurnalista u avukat Razan Zaitouneh iddenunzjat il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sirja. Il-ġlieda tagħha favur il-libertà u d-demokrazija wasslet għall-ħtif tagħha fl-2013.
Jafar Panahi - 2012, Iran
Ir-reġista ppremjat Iranjan Jafar Panahi jikxef l-inġustizzja u r-repressjoni. Huwa jistinka favur il-libertà artistika u kkundanna l-piena tal-mewt.
Dak li noħloq huwa r-riżultat ta' perċezzjoni personali tar-realtà, tal-ħajja u tal-esperjenzi ontoloġiċi fis-soċjetà speċifika tiegħi matul ħajti.
Nasrin Sotoudeh - 2012, Iran
Nasrin Sotoudeh hija avukat u attivista tad-drittijiet tal-bniedem Iranjana, li tiddefendi lill-minoranzi reliġjużi, lin-nisa, lill-minorenni u lid-dimostranti fil-konfront tal-frodi elettorali, il-piena tal-mewt u t-tortura min-naħa tar-reġim.
Malala Yousafzai - 2013, il-Pakistan
Malala Yousafzai kien għad għandha 11-il sena meta bdiet titkellem favur id-dritt tat-tfal bniet għall-edukazzjoni u kontra l-estremiżmu tat-Talibani fil-Pakistan, u baqgħet għaddejja bil-ġlieda tagħha anke wara attentat fuq ħajjitha fl-2012.
Dawn it-tfal ma jridux iPhone, Xbox, Playstation jew ċikkulata. Iridu biss ktieb u pinna.#
Denis Mukwege – 2014, Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo
It-tabib Kongoliż Denis Mukwege ddedika ħajtu għar-riabilitazzjoni ta' għexieren ta' eluf ta' vittmi ta' stupru u vjolenza sesswali brutali u ta' ħafna aktar li jgħixu bit-theddida ta' dan it-tip ta' vjolenza.
Il-ġustizzja trid ukoll titqiegħed fil-qalba tal-proċess tal-paċi u trid titqawwa l-ġlieda kontra l-impunità għad-delitti l-aktar gravi, inklużi d-delitti ta' vjolenza sesswali.