- Wirja: Il-Premju Sakharov, il-Parlament Ewropew u d-drittijiet tal-bniedem fid-dinja
- Rebbieħa 2000 - 2004
¡Basta Ya! – 2000, Spanja
¡Basta Ya! ("issa biżżejjed") kienet inizjattiva taċ-ċittadini popolari kontra t-terroriżmu u l-vjolenza politika fil-Pajjiż Bask Spanjol.
Aħna konvinti li ċ-ċittadini, meta d-demokrazija tkun fil-periklu, ma jistgħux jistkennu fl-anonimat.
Fernando Savater
Dom Zacarias Kamwenho - 2001, Angola
Il-mexxej reliġjuż u tas-soċjetà ċivili Dom Zacarias Kamwenho nebbaħ lill-poplu Angolan biex jiġġieled favur id-drittijiet tiegħu u żvolġa rwol kritiku fil-proċess ta' paċi li wassal għal tmiem il-gwerra ċivili fil-pajjiż.
Inkissru ċ-ċiklu permanenti tal-gwerer.
Nurit Peled-Elhanan - 2001, Iżrael
Nurit Peled-Elhanan hija kittieba u lettur tal-università, u hija impenjata li tbiddel il-fehmiet tas-soċjetà Iżraeljana dwar il-Palestina. Il-kitba tagħha tippromwovi t-tolleranza, id-diversità u d-dritt għall-edukazzjoni.
Izzat Ghazzawi – 2001, il-Palestina
Minkejja l-priġunerija, iċ-ċensura u t-telfa ta' ibnu, Izzat Ghazzawi ppromwova b'kuraġġ il-kawża tad-djalogu paċifiku u s-sħubija bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani.
Oswaldo José Payá Sardiñas - 2002, Kuba
Bħala l-fundatur tal-proġett Varela, Oswaldo Payá ssielet għad-drittijiet ċivili, għal elezzjonijiet pluralistiċi liberi, għall-ħelsien tal-priġunieri politiċi u għar-riforma ekonomika u soċjali f'Kuba.
Din id-darba, aħna se nwettqu t-tibdil permezz ta' dan il-moviment ċiviku li diġà fetaħ kapitlu ġdid fl-istorja ta' Kuba, fejn se jiddominaw id-djalogu, il-parteċipazzjoni demokratika u s-solidarjetà. Hekk aħna se nibnu paċi reali.
Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti Kofi Annan u l-persunal kollu tan-NU – 2003, il-kwartieri ġenerali fi New York, l-Istati Uniti
Bħala s-Segretarju Ġenerali, Kofi Annan mexxa lin-NU fil-ħolqien ta' rabtiet aktar b'saħħithom mas-soċjetà ċivili fis-segwitu tal-għanijiet tagħha ta' paċi, ġustizzja u drittijiet tal-bniedem.
Matul l-istorja twila tagħha, l-Ewropa ġarrbet aktar milli jmissha fi gwerer, tirannija u tbatija. Iżda l-Ewropej irnexxielhom jibnu l-futur tagħhom fuq it-tama. Intom għażiltu l-paċi permezz tal-intermedjarju tal-multilateraliżmu. U llum, l-Unjoni Ewropea hija dawl nebbieħi, mudell ta' tolleranza, ta' rispett tad-drittijiet tal-bniedem u ta' kooperazzjoni internazzjonali.
L-Assoċjazzjoni Belarussa tal-Ġurnalisti – 2004, il-Belarussja
L-Assoċjazzjoni Belarussa tal-Ġurnalisti ġiet imwaqqfa fl-1995 biex tipproteġi lill-ġurnalisti kollha li jaħdmu mhedda mill-fastidju, l-intimidazzjoni u l-persekuzzjoni.
Dan il-premju huwa simbolu importanti ħafna għalina, biex aħna nifhmu l-problemi tagħna u li mhijiex biss kwistjoni li nżommu l-prinċipji professjonali tagħna. Il-kwistjoni hija wkoll li niddefendu d-drittijiet taċ-ċittadini kollha tagħna biex jirċievu informazzjoni oġġettiva u mhux ċensurata.
Zhanna Litvina