ritratt I-iswed bl-abjad, mara tikteb fuq skrivanija ħdejn tieqa.
Storja

Sitt kittieba nisa minn madwar l-Ewropa

Skopri x-xogħlijiet ta’ dawn l-awturi nisa influwenti

minn
Europeana Foundation

Il-kontribuzzjonijiet tan-nisa fil-letteratura madwar l-Ewropa ta’ spiss ġew injorati.

Dan il-blog iħares lejn sitt kittieba nisa minn madwar l-Ewropa, li ħallew marka fuq id-dinja tal-letteratura.

Matilde Serao

Matilde Serao kienet ġurnalista u rumanziera. Hija twieldet il-Greċja, u marret tgħix l-Italja fi tfulitha. Hija kienet l-ewwel mara li editjat gazzetta Taljana u, fl-1904, il-gazzetta tagħha stess Il Giorno.

ritratt iswed bl-abjad ta’ Matilde Serao.

Serao kienet l-awtriċi ta’ diversi rumanzi, u ġiet innominata għall-Premju Nobel għal-Letteratura sitt darbiet. Fl-1916, ippubblikat ‘Parla una donna’, kollezzjoni ta’ artikli li oriġinarjament kienu ġew ippubblikati fil-gazzetta tagħha — dawn ħarsu lejn l-esperjenzi tan-nisa fl-Italja matul l-Ewwel Gwerra Dinjija.

“…Esso non è uscito dalla penna di una scrittrice: in esso, parla una donna. Non vi troverai nessuna veste letteraria: ma vi sentirai, io spero, io credo, la sincerità di un vivo ma contenuto dolore, il fervore di una immensa speranza.”

“…tħossokx imqarraq b’dan il-ktieb u fuq xiex inhu. Mhux ġej minn pinna ta’ awtur: ġo fih, mara titkellem. Mhux se ssib xi skuża letterarja fih: imma se tħoss, nispera, nemmen, is-sinċerità ta’ uġigħ vivaċi imma mrażżan, il-ħeġġa ta’ tama immensa.”

Jelena J. Dimitrijević

Jelena J. Dimitrijević kienet l-ewwel awtriċi femminista fis-Serbja. Imwielda f’Kruševac fiċ-ċentru tas-Serbja fl-1862, hija kienet edukata sew sakemm ħsara f’għajnejha ġiegħlithatieqaf mill-iskola. Tobba saħansitra qalulha biex tieqaf taqra u tikteb!

Dimitrijević injorat il-pariri tagħhom, u kompliet l-edukazzjoni tagħha. Tul ħajjitha, tgħallmet titkellem bl-Ingliż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bir-Russu u bit-Tork.

ritratt iswed bl-abjad ta’ Jelena J. Dimitrijević.

Fil-bidu tas-seklu 20, marret tgħix Belgrad, fejn malajr saret kittieba prolifika u membru tas-Soċjetà tal-Kittieba Serba. Tul l-erbgħin sena li kienet attiva, hija vvjaġġat b’mod estensiv u kitbet: ippubblikat poeżiji, rumanzi u travelogues.

“…šta bi bilo od žena - putnica? Jer za muškarce - putnike, ili bar za nekog od njih našla bi se neka Kalipsa, ako ne bi našli svi u moru grob. Nisam čula još ni za jednog boga koji bi spašavao žene - putnice prilikom brodoloma; niti sam čitala o ijednom bogu koji bi ih posle katastrofe zadržavao u svojoj pećini.”

“…X’se jsir min-nisa-vjaġġaturi? Għaliex għall-irġiel-vjaġġaturi, jew għall-inqas għal wieħed minnhom, għandu dejjem isib xi Calyspo? Jekk mhux kollha kemm huma xi ħin għandhom isibu qabar fil-baħar. Għadni ma smajt bl-ebda alla, li jsalva nisa-passiġiera waqt nawfraġju; lanqas ma qrajt fuq alla li jżommhom ġo għar wara d-diżastru.”

Selma Lagerlöf

L-awtriċi Svediża Selma Lagerlöf kienet l-ewwel mara li rebħet il-Premju Nobel għal-Letteratura, li ngħatat fl-1909.

Lagerlof twieldet fl-1858 fl-Iżvezja tal-Punent. Għall-ewwel ħadmet bħala għalliema bejn l-1885 u l-1895, waqt li kitbet l-ewwel rumanz tagħha Gösta Berling Saga li ġie ppubblikat fl-1891.

Is-suċċess tar-rumanz attira appoġġ finanzjarju, li ppermettilha tikkonċentra fuq il-kitba tagħha. Fil-bidu tas-seklu 20, Lagerlöf kienet prolifika, u ppubblikat ħafna drammi, rumanzi u stejjer qosra. Il-Premju Nobel ingħata lilha għall-“idealiżmu, l-immaġinazzjoni qawwija u l-perċezzjoni spiritwali tagħha li jikkaratterizzaw il-kitbiet tagħha”.

ritratt iswed bl-abjad ta’ Selma Lagerlöf.

Mill-1894, Lagerlöf kienet f’relazzjoni ma’ Sophie Elkan, ukoll kittieba Svediża. Il-kitbiet tagħhom jissuġġerixxu li kellhom rabta emozzjonali fonda bejniethom. Madankollu, peress li l-omosesswalità dak iż-żmien kienet tabù bejn in-nisa, l-ebda waħda minnhom ma żvelat ir-relazzjoni tagħhom pubblikament.

“För så länge det finns intressanta böcker att läsa, tycker jag inte att varken jag själv eller någon annan behöver vara olycklig.”

“Sakemm ikun hawn kotba interessanti biex jinqraw, jidher li la jien u lanqas xi ħadd ieħor, fejn tidħol din il-kwistjoni, jeħtieġ li ma jkunx kuntent.”

Carolina Coronado

Carolina Coronado kienet kittieba u poeta Spanjola tal-perjodu Romantiku fis-seklu 19.

Twieldet fl-1820 f’Extremadura. L-edukazzjoni tagħha kienet iffukata l-aktar fuq il-moda u x-xogħol tad-dar, iżda kienet interessata fil-letteratura.

ritratt iswed bl-abjad ta’ Carolina Coronado.

Fl-1839, ġiet ippubblikata l-ewwel poeżija tagħha A la palma, f’gazzetta msejħa El Piloto. Fl-1843, ġiet ippubblikata ġabra ta’ poeżija. Fl-1852 u fl-1872, verżjonijiet ġodda ta’ dawn il-poeżiji ġew ippubblikati mill-ġdid. Minbarra l-poeżiji, ippubblikat ukoll rumanzi u drammi.

Il-kitba tagħha indirizzat diversi temi, bi kritika qawwija lejn l-inġustizzji soċjali, l-vjolenza u l-preġudizzju lejn in-nisa.

“En esta población tan vergonzosamente atrasada, fue un acontecimiento extraordinario el que una mujer hiciese versos, y el que los versos se pudiesen hacer sin maestro, los hombres los han graduado de copias y las mujeres, sin comprenderlos siquiera, me han consagrado por ellos todo el resentimiento de su envidia.”

“F’din il-popolazzjoni ta-mistħija, lura fil-ħsieb, kien avveniment pjuttost straordinarju li jkollok versi miktuba minn mara, u li l-versi setgħu nkitbu mingħajr għalliem; l-irġiel immarkawhom bħala kopji u n-nisa, mingħajr ma fehmuhom, ikkonsagrawni għalihom bir-riżentiment tal-għira tiegħu.”

Dora Gabe

L-awtriċi Bulgara Lhudija Dora Gabe ippubblikat poeżiji mmirati lejn l-adulti u t-tfal, kif ukoll esejs, novelli, traduzzjonijiet u kotba tal-ivvjaġġar.

Hija twieldet fl-1888 f’Dabovic, raħal rurali fil-grigal tal-Bulgarija. Missierha kien l-ewwel persuna Lhudija eletta fl-Assemblea Nazzjonali Bulgara. Dora attendiet l-iskola post-sekondarja f’Varna, u kompliet l-istudji tagħha fl-Università f’Sofija. Hija studjat ukoll fi Franza u fl-Iżvizzera.

ritratt iswed bl-abjad ta’ Dora Gabe.

Пролет (“Ir-Rebbiegħa”), waħda mill-ewwel poeżiji tagħha, ġiet ippubblikata fl-1900 meta Gabe kien għadha biss żagħżugħa. Matul l-1920s u 1930s, hija kitbet b’mod estensiv. Fl-1922, hija waqqfet il-Kumitat Bulgaru-Pollakk u serviet bħala l-president tiegħu għal ħafna snin, u rawmet relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi permezz tal-arti.

Illum, Dora Gabe hija meqjusa bħala waħda mill-aktar poeti Bulgari ta’ suċċess u hija rispettata għall-arti u l-karità tagħha.

“Тия ниви! Ечемиците лъкатушат. Окото трепери, като ги гледа, и вятърът тича по тях. Вятърът е весел и ляга по гръб, влачи се по зелената черга. Дига се, хуква и размътя зеленият цвят на най-далечната нива, чак оттатък белите облачни кълба... Нивите пеят. Всяко стръкче си излива гласа, а вятърът грабва песента.”

“Dawk l-għelieqi! Ix-xgħir qed isserrep. L-għajnejn jitregħdu, iħarsu lejhom hekk kif ir-riħ jiġri fuqhom. Ir-riħ ferrieħi u jimted fuq dahru, jitkaxkar tul it-tapit l-aħdar. Huwa jogħla, jiġri u jċajpar l-kulur aħdar tal-għelieqi mbiegħdin, minn hemmhekk is-sħab, blalen, bojod… L-għelieqi jkantaw. Kull zokk llembet il-vuċi tiegħu, u r-riħ jaħtaf il-kanzunetta.”

Gabrielė Petkevičaitė-Bitė

Il-kittieba, l-edukatriċi u l-attivista Gabrielė Petkevičaitė kien pijuniera fejn jidħlu d-drittijiet tan-nisa fil-Litwanja.

Gabrielė kienet parti attiva tar-Rivoluzzjoni Nazzjonali Litwana, perjodu kulturali u politiku fl-istorja tal-Litwanja li wassal għall-formazzjoni tan-nazzjon modern. Fl-1920, hija ppresediet l-ewwel sessjoni tal-ewwel parlament tal-istat indipendenti tal-Litwanja.

ritratt iswed bl-abjad, ħames nisa bilqiegħda jew bilwieqfa madwar mejda.

Kitbet artikli regolari għal Varpas, gazzetta li toħroġ kull xahar, bil-lingwa Litwana. Din ġiet ppubblikata minkejja l-projbizzjoni tal-istampar fil-Litwanja, li pprojbixxiet pubblikazzjonijiet bil-lingwa Litwana fl-Imperu Russu mill-1865 sal-1904.

B’kollox, Gabrielė kitbet madwar 400 artiklu lil diversi gazzetti taħt il-psewdonimu Bitė, li jfisser ‘naħal’, peress li kellha interess kbir fit-trobbija tan-naħal.

“Tik sąmoningumui išsiplėtojus, sakant, žmogui iš kūdikio vystyklų išaugus, patiriame visi, kokia mes, kiekvienas skyrium, dulkelė pasaulyje, tiesiog nepastebimas pasaulio didybės atomas... Todėl nesipykdinkime, pastebėję vaikų ir jaunuolių savingumą. Tai paprastas gyvenimo kelias.”

“Hekk kif il-konoxxenza tiżvilluppa, hekk kif bniedem jikber mill-ħrieqi ta’ tarbija, biex niftehmu, lkoll nesperjenzaw kemm aħna tikek ta’ trab f’din id-dinja, atomu inviżibbli f’dinja daqstant kbira… Mela ejja ma nirrabjawx meta ninnutaw l-egoiżmu tat-tfal u ż-żgħażagħ. Hija biss mod sempliċi kif ngħixu f’dil-ħajja.”


Traduzzjoni riveduta minn Audrey Rose Mizzi