Storja

Gay Friendly - kif gżira konservattiva saret l-ewwel fit-tmexxija tad-drittijiet LGBTIQ+

Exterior of the Rotunda Santa Marija Assunta in Mosta in Malta, part of a photo album of a journey through Southern Europe and the Middle East.

Esplora l-kummentarju ta' Audrey Rose Mizzi dwar kif Malta saret mexxejja fid-drittijiet LGBTIQ+, maħluq bħala parti mill-Europeana Digital Storytelling Festival Creative Online Residency.

minn
Audrey Rose Mizzi

F'Mejju-Ġunju 2023, tmien parteċipanti ħadu sehem fl-ewwel Residenza Kreattiva Online li qatt saret mill-Festival tal-Istorja Diġitali organizzat minn Europeana. Huma ħadmu ma’ mentors fl-animazzjoni, stejjer għal fuq il-midja soċjali u kitba ġdida relatata mal-kultura u l-komunitajiet LGBTQ+.

Malta, gżira żgħira fil-baħar Mediterran ġiet ttikkettjati bħala gay friendly għal raġuni. Permezz ta’ karużell fuq il-pjattaforma Instagram, Audrey Rose Mizzi tesplora kif din il-gżira storika għaddiet minn trasformazzjoni minn waħda konservattiva għal waħda mill-mexxejja fid-drittijiet LGBTIQ+.

Esplora l-kitba tagħha u sir af aktar dwar Audrey hawn taħt.

Dwar l-Awtriċi

Min inti?

Jiena jisimni Audrey u nagħmel parti mit-tim tal-Marketing u l-Kommunikazzjoni ġewwa Spazju Kreattiv, iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Kreattività ta' Malta. Studjajt l-Istorja tal-Arti, il-Konservazzjoni Preventiva kif ukoll l-Istudji tal-Mużewijiet. Ħdimt ma' istituzzjonijiet fuq xogħlijiet differenti kemm fuq quddiem bħala Front of House, sad-dokumentazzjoni u l-kura tal-kollezzjonijiet.

Għaliex applikajt għal din ir-residenza?

Applikajt għar-residenza hekk kif insib ir-rakkont tal-istejjer intriganti – kemm jekk qed tużah biex tirrakkonta storja li hija finzjoni jew mhux finzjoni. Fil-midja soċjali, tgħallimt li l-istejjer huma importanti speċjalment meta jiġu minn individwi li esperjenzaw, jew huma relatati mill-qrib mas-suġġett li tkun qed tiddiskuti. Ir-residenza ffukat fuq stejjer LGBTIQ+, għalhekk kont daqsxejn barra mil-limiti tiegħi, iżda bl-istess mod ridt inħares lejn suġġetti bħal dawn u nikkontribwixxi għad-diskors li dejjem qed jikber speċjalment f'pajjiżna.

X'tgħallimt minn dan ix-xogħol?

Għalija personalment, huwa importanti li ma nagħmilx ħsara lill-komunità. Is-suġġett li għażilt huwa wkoll sensittiv ħafna, u jista' faċilment iwassal għal ħafna negattività. Malta li hija meqjusa bħala l-aktar post sigur għal individwi LGBTIQ+ għat-8 darba konsekuttiva hija sorprendenti, speċjalment meta wieħed iqis li soċjalment hemm ħafna aktar xi jsir. Kemm jekk hiex biżà ta' dak li huwa ġdid, jew reliġjon, dak li hu miktub fuq il-karta mhux jirrifletti fil-ħajja reali. Dak hu li ridt naħdem fuqu.