Storja

Movimenti u mobilizzazzjonijiet Ewropej Suwed

Ritratt minn dimostrazzjoni ta' Black Lives Matter fl-2017 f'Berlin. Il-mara fin-nofs qed iżżomm kartellun li jgħid: "Ġenerazzjoni ADEFRA/il-feministi suwed jgħidu LE għar-razziżmu, il-misoġinija, l-omo/transfobija, it-trumpiżmu, il-faxxiżmu!"

Kif tliet organizzazzjonijiet jippromwovu l-parteċipazzjoni tan-nies Suwed fil-politika

minn
Marisa Pickett ( Department of History, University of New Mexico)

Fis-seklu 20, numru ta' movimenti u organizzazzjonijiet politiċi bdew jippromwovu d-drittijiet u jenfasizzaw l-esperjenzi ta' nies Suwed li jgħixu fl-Ewropa.

Dan il-blog miktub mill-mistiedna Marisa Pickett, studenta gradwata fl-Università ta' New Mexico, jiffoka fuq tliet movimenti fi Franza, il-Ġermanja u r-Renju Unit li jenfasizzaw ir-rwol tad-demokrazija u l-promozzjoni.

Fédération des étudiants d'Afrique noire en France (FEANF) - Il-Federazzjoni tal-Istudenti Afrikani Suwed fi Franza

Mill-1950 sal-1956, il-FEANF organizzat laqgħat ta' gruppi ta' studenti Afrikani fi Franza biex toħloq vuċi unifikata kontra l-kolonjaliżmu u l-imperjaliżmu tal-Punent. Oriġinarjament indipendenti mill-partiti politiċi Franċiżi kollha, il-FEANF għenet fil-formazzjoni ta' organizzazzjonijiet komunisti fl-Afrika Frankofona.

ritratt iswed u abjad ta' ħames irġiel lebsin libsa intiera bilqiegħda fuq siġġijiet
kartellun għal "Grand Meeting Anti-Imperialiste" b'test u illustrazzjoni ħamra ta' nies iġorru l-armi

Fl-1952, it-tmexxija tal-FEANF kienet immexxija minn membri tar-Rally Demokratiku Afrikan (RDA, African Democratic Rally) u saret affiljat tal-Unjoni Internazzjonali tal-Istudenti (IUS, International Union of Students) li kienet akbar. Sal-1956, il-grupp beda jitlob bil-jedd l-indipendenza Afrikana mill-ħakma kolonjali b'mod aktar radikali u qanqal ir-rabja tal-gvern Franċiż.

kopertura tal-perjodiku “L'Etudiant noir”

Generation ADEFRA: Schwarze Frauen in Deutschland - Il-Ġenerazzjoni ADEFRA: Nisa suwed fil-Ġermanja

Stabbilita fl-1986 u oriġinarjament ibbażata fi Munich, l-ADEFRA (Afro-Deutsche Frauen) kienet organizzazzjoni feminista għall-mobilizzazzjoni tan-nisa Suwed u n-nisa mhux Bojod fil-Ġermanja.

Issa bbażata f'Berlin, il-Ġenerazzjoni ADEFRA bl-isem il-ġdid tkompli l-missjoni oriġinali tal-organizzazzjoni billi torganizza laqgħat, workshops u avvenimenti bbażati madwar l-enfasi fuq l-eżistenza tal-Ewropej Suwed u l-esperjenzi tagħhom.

ritratt bil-kulur ta' żewġ nisa li qed iżommu plakards u sinjali

Operation Black Vote - Operazzjoni Vot għas-Suwed

Operation Black Vote taħdem biex tiżgura ġustizzja razzjali akbar fir-Renju Unit kollu billi tippromwovi l-involviment tal-votanti Suwed.

Logo ta' Operation Black Vote, l-ittri O B V b'marka x fl-O

L-OBV twaqqfet fil-Parlament tar-Renju Unit fl-1996 bħala kollaborazzjoni bejn Charger88 u The 1990 Trust, żewġ organizzazzjonijiet li jaħdmu biex jippromwovu r-riforma demokratika, il-politika u r-riċerka.

Operation Black Vote illum hija organizzazzjoni rikonoxxuta nazzjonalment, iffukata fuq l-edukazzjoni politika, il-parteċipazzjoni, ir-rappreżentanza u l-promozzjoni tal-ugwaljanza u d-drittijiet tal-bniedem.

ritratt bil-kulur ta' raġel li qed jagħmel diskors

Għal aktar informazzjoni dwar il-movimenti Suwed madwar l-Ewropa, agħti titwila lejn l- ENPAD – Network Ewropew għall-Persuni ta' Dixxendenza Afrikana. Organizzat flimkien man-Network Ewropew Kontra r-Razziżmu (ENAR, European Network Against Racism), l-ENPAD huwa network ta' organizzazzjonijiet b'għanijiet kondiviżi li jfittex li jenfasizza l-ammont ta' razziżmu kontra s-Suwed fl-Ewropa.