- Wirja: L-Emiċiklu
- L-Emiċikli: Brussell
Matul is-snin sittin u sebgħin, ħafna mill-ħidma tal-istituzzjonijiet Ewropej bdiet tkun ikkonċentrata fi Brussell. Sal-bidu tas-snin tmenin, l-arranġament li jinsab fis-seħħ illum kien ġie stabbilit b’mod effettiv: il-ħidma tal-kumitati u l-laqgħat tal-gruppi tal-Parlament isiru fi Brussell. Filwaqt li s-sessjonijiet plenarji ewlenin huma bbażati fi Strażburgu, regolarment jiġu organizzati seduti addizzjonali fi Brussell. L-ewwel sessjoni plenarja uffiċjali li seħħet fi Brussell saret fid-29 u t-30 ta’ Settembru 1993.
Il-bini SPAAK
Il-bini SPAAK, li nfetaħ fl-1993, hu msemmi għall-eks Prim Ministru Belġjan, Paul-Henri Spaak, li kien strumentali għall-kostruzzjoni tal-Ewropa. Dan il-bini jospita l-emiċiklu ta’ Brussell, fejn il-Membri jiltaqgħu regolarment għal sessjonijiet plenarji addizzjonali.
Paul-Henri Spaak kien Ewropew passjonat li sawwar ħafna mill-iżvilupp tal-istituzzjonijiet Ewropej, b’mod partikolari permezz tal-presidenza tiegħu tal-Assemblea Komuni tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar.
Dan l-abbozz ta’ Trattat [dwar Komunità Politika Ewropea] mhuwiex biss messaġġ kommoventi ta’ rikonċiljazzjoni; huwa jixhed il-fiduċja tagħna fil-futur.
Paul-Henri Spaak, 9 ta’ Marzu 1953
Palais des Congrès
Qabel l-1993, il-Parlament Ewropew iltaqa’ għal sessjoni plenarja addizzjonali fi Brussell darba biss, fil-Palais des Congrès, fis-27 u t-28 ta’ April 1983.