- Wirja: L-Emiċiklu
- Wara l-kwinti
Is-sessjoni plenarja tiffunzjona bis-saħħa tal-ħidma tas-servizzi tal-Parlament, li jipprovdu appoġġ lingwistiku, tekniku u loġistiku essenzjali.
Il-Membri għandhom id-dritt jitkellmu bi kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE. Id-diskorsi tagħhom jiġu interpretati simultanjament mill-interpreti fil-lingwi uffiċjali l-oħra.
It-tħejjija tad-dokumenti tas-sessjoni tibda bit-tressiq tat-testi u l-emendi (ġestiti mill-Unità tat-Tressiq tad-Dokumenti), u d-dokumenti mbagħad jiġu tradotti u stampati fl-24 lingwa uffiċjali kollha tal-UE.
L-Ushers
L-ushers jingħarfu mal-ewwel mill-ilbies ċerimonjali tagħhom. Inizjalment, l-ushers ġew iddelegati lill-Parlament mill-Istati Membri, iżda mill-1979 il-Parlament Ewropew beda jimpjega l-ushers tiegħu stess.
Is-Servizz tal-Protokoll
Is-Servizz tal-Protokoll jipprovdi assistenza dwar kwistjonijiet ta’ protokoll għall-Kapijiet ta’ Stat u viżitaturi distinti oħra li jiġu l-Parlament. Hawnhekk jidhru l-eks President David Sassoli u r-rebbieħ tal-Premju Sakharov Lorent Saleh (ċentru) akkumpanjati mis-Servizz tal-Protokoll fi triqthom għall-inawgurazzjoni tas-“Sakharov Walk of Freedom” tal-Parlament.