- Wirja: L-Emiċiklu
- Mis-sena 2020 ’il quddiem
L-UE u s-sħab tagħha ffaċċjaw ħafna sfidi, mill-pandemija tal-COVID-19 sa kunflitti madwar id-dinja – inkluż fil-fruntieri tal-UE bil-gwerra fl-Ukrajna.
Bi tweġiba għall-ħtiġijiet ta’ din il-leġiżlatura, il-Parlament żviluppa sistema ta’ votazzjoni remota sikura u effiċjenti għall-Membri. Il-Membri tal-PE setgħu wkoll jipparteċipaw f’dibattiti plenarji mill-uffiċċji ta’ kollegament tal-Parlament madwar l-UE.
29 ta’ Jannar 2020: Iċ-Ċerimonja tal-Jum Internazzjonali ta’ Tifkira tal-Olokawst
Ma nistax naħbi l-emozzjoni qawwija li ħassejt meta dħalt f’dan il-Parlament Ewropew wara li rajt il-bnadar fid-daħla, il-bnadar ikkuluriti ta’ tant stati li jinsabu magħqudin fil-Parlament Ewropew... Dan mhux dejjem kien il-każ.
Liliana Segre, 29 ta’ Jannar 2020
29 ta’ Jannar 2020: It-tluq tal-Membri Brittaniċi mill-Parlament Ewropew
F’ċerimonja li saret fid-29 ta’ Jannar 2020, il-Membri sellmu lill-kollegi tagħhom mir-Renju Unit, filwaqt li kantaw l-“Auld Lang Syne”.
Il-Premju Sakharov 2021: Alexei Navalny
Waqt ċerimonja li saret fil-15 ta’ Diċembru, l-eks President tal-Parlament, David Sassoli, ippreżenta l-Premju Nobel 2021 lil Daria Navalnaya, bint Alexei Navalny, f’isem missierha li kien jinsab maqful f’ħabs.
23 ta’ Marzu 2022: Justin Trudeau
Fit-23 ta’ Marzu 2022 Justin Trudeau, il-Prim Ministru tal-Kanada indirizza s-sessjoni plenarja dwar l-isfidi politiċi li ġabu magħhom il-pandemija u l-gwerra fl-Ukrajna u afferma mill-ġdid il-ħbiberija bejn l-UE u l-Kanada.
Il-Premju Sakharov 2022: Il-poplu qalbieni tal-Ukrajna
Il-Premju Sakharov 2022 tal-Parlament ingħata lill-poplu qalbieni tal-Ukrajna f’ċerimonja, fl-14 ta’ Diċembru. Il-President Ukren Volodymyr Zelenskyy tkellem permezz ta’ telefonata bil-vidjo.
26 ta’ Jannar 2023: Iċ-Ċerimonja tal-Jum Internazzjonali ta’ Tifkira tal-Olokawst
Fis-26 ta’ Jannar 2023, l-anniversarju tal-liberazzjoni ta’ Auschwitz, il-Parlament kellu seduta solenni biex ifakkar il-Jum Internazzjonali ta’ Tifkira tal-Olokawst. Il-President tal-Istat ta’ Iżrael, Isaac Herzog, indirizza l-plenarja.
Hekk kif ninsabu hawn illum fil-qalba tal-Unjoni Ewropea, nifhmu tajjeb ħafna l-missjoni ta’ memorja komuni tagħna. (...) Jeħtieġ li ngħallmu u nedukaw dwar il-lezzjonijiet li slitna mill-katastrofi storika tal-Olokawst, u jeħtieġ li nevitaw li dawn ir-reati atroċi jerġgħu jseħħu.
Isaac Herzog, 26 ta’ Jannar 2023
Chen Halevi (klarinett) u Jenő Lisztes (ċimblu) daqqew “Kaddish” ta’ Maurice Ravel.
15 ta’ Marzu 2023: Il-Jum Internazzjonali tal-Mara
F’ċerimonja li tiċċelebra l-Jum Internazzjonali tal-Mara f’Marzu 2023, Samantha Cristoforetti, astronawta fl-Aġenzija Spazjali Ewropea kif ukoll kmandant tal-Istazzjon Spazjali Internazzjonali, u Shirin Ebadi, attivista Iranjana u rebbieħa tal-Premju Nobel għall-Paċi 2003, taw diskorsi.
Mix-xellug għal-lemin: Shirin Ebadi, il-President Roberta Metsola, Samantha Cristoforetti
Rajt kif il-kapaċità li l-bnedmin jintbagħtu fl-ispazju tibni l-fiduċja f’soċjetà. Tibni l-fiduċja li nazzjon jew komunità ta’ nazzjonijiet bħal tagħna jistgħu jindirizzaw l-isfidi tassew diffiċli u ambizzjużi. Jekk kapaċi ntellgħu lill-bnedmin fl-ispazju, m’hemm xejn li ma nistgħux inwettqu, mhux hekk? Din hija l-ambizzjoni li għandu jkollna fl-Ewropa.
Samantha Cristoforetti, 15 ta’ Marzu 2023
13 ta’ Settembru 2023: Sviatlana Tsikhanouskaya, mexxejja tal-oppożizzjoni Belarussa
Sviatlana Tsikhanouskaya, il-mexxejja tal-oppożizzjoni Belarussa, indirizzat lill-Parlament fit-13 ta’ Settembru 2023.
L-għan tagħhom huwa ċar ... li jżommu l-feriti miftuħin fil-qalba tal-kontinent Ewropew, biex lanqas l-Ewropa ma tkun tista’ ssir sħiħa, libera u tgawdi l-paċi. Iżda mhux se jirnexxilhom.
L-20 anniversarju tat-tkabbir tal-UE tal-2004
Fl-24 ta’ April 2024, il-Parlament Ewropew iċċelebra l-20 anniversarju mit-tkabbir tal-UE tal-2004.
Fl-istampa: Jerzy Buzek, President tal-Parlament mill-2009 sal-2012
It-tkabbir il-kbir li seħħ 20 sena ilu kien riunifikazzjoni Ewropea de facto. Il-pajjiżi fin-naħa tagħna tal-kontinent li kienu nqatgħu mill-Ewropa kontra r-rieda tagħhom reġgħu saru jagħmlu parti integrali mill-Ewropa. Meta kont żagħżugħ, din il-ħaġa kienet tinħass li qatt ma setgħet tkun realtà, iżda seħħet. Għalhekk il-konklużjoni hija li għandek toħlom u li qatt ma għandek taqta’ qalbek minn dik il-ħolma.
Jerzy Buzek, 24 ta’ April 2024
L-aħħar sessjoni tad-disa’ leġiżlatura
Wara ħames snin impenjattivi, id-disa’ leġiżlatura tal-Parlament Ewropew ġiet fi tmiemha fil-25 ta’ April 2024.