- Wirja: L-Emiċiklu
- Is-snin 2010-2019
Il-Premju Nobel għall-Paċi jingħata lill-Unjoni Ewropea
Il-Premju Nobel għall-Paċi 2012 ingħata lill-Unjoni Ewropea għall-kontribut tagħha għall-avvanz tal-paċi u r-rikonċiljazzjoni, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem fl-Ewropa. F’ċerimonja li saret fil-Parlament f’Diċembru 2012, il-President Martin Schulz simbolikament ta l-premju lill-poplu tal-Ewropa, irrappreżentat minn 20 rappreżentant taċ-ċittadini.
L-Ombudsman Ewropew
Emily O’Reilly saret l-ewwel Ombudsman Ewropew mara meta ġiet eletta f’Lulju 2013, u reġgħet ġiet eletta fl-2014 u fl-2019.
Il-Premju Sakharov 2013: Malala Yousafzai
Fl-20 ta’ Novembru 2013, Malala Yousafzai ngħatat il-Premju Sakharov b’rikonoxximent tal-ġlieda tagħha għad-dritt tal-bniet għall-edukazzjoni.
Jean-Claude Juncker, l-ewwel Spitzenkandidat
Fl-2014, ġie introdott il-proċess tal-iSpitzenkandidaten. Dan fisser li l-grupp politiku li jġib l-aktar voti kien se jibda jagħżel il-President tal-Kummissjoni Ewropea. Fit-22 ta’ Ottubru 2014, il-Kulleġġ tal-Kummissarji tal-President tal-Kummissjoni, Jean-Claude Juncker, ġie elett mill-Parlament.
Il-Premju Sakharov 2014: Denis Mukwege
Il-Parlament ippreżenta l-Premju Sakharov 2014 lil Denis Mukwege, b’rikonoxximent tal-isforzi kontinwi tiegħu biex jirrestawra l-integrità fiżika u psikoloġika ta’ eluf ta’ nisa u bniet li jisfaw vittmi ta’ abbuż sesswali mill-forzi ribelli fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Il-ġustizzja għandha titqiegħed ukoll fiċ-ċentru tal-proċess ta’ paċi, u hemm bżonn li tissaħħaħ il-ġlieda biex neliminaw l-impunità għar-reati l-aktar serji, inklużi r-reati ta’ vjolenza sesswali.
Denis Mukwege, 26 ta’ Novembru 2014
10 ta’ Marzu 2015: Ir-Re Abdullah II tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan
Fid-diskors tiegħu ta’ Marzu 2015 lill-Parlament, il-Maestà Tiegħu r-Re Abdullah II tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan tkellem dwar l-unità u s-sensibilizzazzjoni bejn twemmin differenti, kif ukoll dwar il-ħtieġa li jissolvew l-isfidi tat-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni.
8 ta’ Lulju 2015: Alexis Tsipras
F’Lulju 2015, fl-eqqel tal-kriżi tad-dejn li qelbet lill-Greċja ta’ taħt fuq, il-Prim Ministru Alexis Tsipras indirizza l-plenarja.
Il-Premju Sakharov 2016: Nadia Murad u Lamiya Aji Bashar
Fit-13 ta’ Diċembru 2016, il-Parlament ta l-Premju Sakharov lil Nadia Murad u lil Lamiya Aji Bashar, superstiti ta’ skjavitù sesswali mill-Istat Iżlamiku. Huma saru kelliema għan-nisa li ħajjithom tħassret mill-vjolenza sesswali, u jaqbżu għall-komunità Yazidi tal-Iraq.
Naħseb li nista’ nitkellem f’isem il-vittmi. Il-Premju Sakharov jagħtini s-saħħa biex inkompli. Huwa għalhekk li ħadt id-deċiżjoni li nsir il-vuċi għal min vuċi m’għandux.
Lamiya Aji Bashar, 13 ta’ Diċembru 2016