- Wirja: L-Emiċiklu
- Is-snin sebgħin
Sa mill-ewwel elezzjonijiet Ewropej b’vot universali dirett fl-1979, il-President jiġi elett mill-Membri b’vot sigriet u jibqa’ fil-kariga għal perjodu ta’ sentejn u nofs li jista’ jiġġedded. Matul kull leġiżlatura, l-ewwel elezzjoni ssir f’Lulju, wara l-elezzjoni tal-Parlament il-ġdid, u t-tieni elezzjoni (elezzjoni ta’ nofs it-terminu) issir sentejn u nofs wara, f’Jannar.
Fis-17 ta’ Lulju 1979, Simone Veil (xellug), eks Ministru Franċiż għas-Saħħa u superstiti tal-kamp ta’ konċentrament ta’ Auschwitz, saret l-ewwel President tal-Parlament Ewropew elett direttament u l-ewwel mara li kellha din il-kariga. Louise Weiss (lemin) ippresediet is-seduta inawgurali bħala l-aktar Membru anzjan fl-età.
L-idea bażika li tgħaqqadna, jiġifieri li mingħajr solidarjetà dejjem akbar, l-ebda wieħed mill-pajjiżi tagħna ma jkun kapaċi jżomm il-poter tiegħu u l-indipendenza tiegħu, u forsi lanqas ma jkun kapaċi jkompli jeżisti, hija ankrata fis-sod fl-interazzjoni demokratika bejn il-votanti u dawk eletti mill-votanti.
Simone Veil, President mill-1979 sal-1982