Insawru l-Ewropa
2019: Din id-darba se nivvota
X’wassal liċ-ċittadini joħorġu jivvutaw fl-2019?
X’wassal liċ-ċittadini joħorġu jivvutaw fl-2019?
L-UE kienet forza ewlenija wara l-Ftehim ta’ Pariġi li ġie adottat fil-COP21 biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra madwar id-dinja u b’hekk tiġi evitata żieda perikoluża fit-temperatura medja dinjija. Il-Parlament Ewropew kellu rwol vitali x’jaqdi fl-approċċ Ewropew għan-negozjati u fl-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni sussegwenti tal-UE.
Ir-riforma tas-sistema tal-ażil u t-tisħiħ tal-fruntieri esterni tal-UE kienu l-elementi ewlenin tar-rispons tal-UE għall-kriżi tar-refuġjati tal-2015.
F’Pariġi, fi Brussell u fi bliet Ewropej oħra seħħew attakki terroristiċi kkoordinati, u l-Istat Iżlamiku ddikjara r-responsabbiltà għalihom. B’reazzjoni għal dan, il-pajjiżi tal-UE qablu li jsaħħu s-sigurtà tal-fruntieri, itejbu l-kooperazzjoni fost is-servizzi tal-intelligence u jaħdmu biex jipprevjenu r-radikalizzazzjoni.
Fl-2016, wara taqtigħa ras imb ras, il-votanti tar-Renju Unit iddeċidew li jappoġġjaw il-ħruġ mill-UE fir-referendum “Brexit”.
It-tariffi tar-roaming fi ħdan l-UE ġew aboliti, u b’hekk il-konsumaturi setgħu jibdew jużaw il-mowbajls tagħhom meta jivvjaġġaw barra minn pajjiżhom fl-UE mingħajr tariffi addizzjonali minbarra dawk li diġà jħallsu f’pajjiżhom.
Fl-2016, il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà ġie stabbilit biex itejjeb dak li qabel kien is-Servizz Volontarju Ewropew u jipprovdi saħansitra aktar opportunitajiet għaż-żgħażagħ Ewropej biex jieħdu sehem fi proġetti li jkunu ta’ benefiċċju għall-komunitajiet f’pajjiżhom stess jew barra minn pajjiżhom.