Wirja
- Wirja: Is-70 anniversarju tad-Dikjarazzjoni ta' Schuman. 9 ta' Mejju 1950
- Tandem bejn Monnet u Schuman
Responsabbli mill-Kummissarjat Ġenerali għall-Pjan ta' Modernizzazzjoni u tal-Infrastrutturi ta' Franza, Jean Monnet qies li l-prosperità u s-sigurtà tal-pajjiż kienu jeħtieġu li l-Istati Ewropej joqorbu lejn xulxin mil-lat ekonomiku. Ried jiżgura kostruzzjoni funzjonali tal-Ewropa permezz ta' integrazzjoni qawwija f'setturi importanti biex tinħoloq solidarjetà reali bejn il-pajjiżi sħab. Ikkunsidra l-għaqda abbażi tal-faħam u l-azzar bħala l-ewwel tappa fil-kostruzzjoni ta' "federazzjoni Ewropea". F'Schuman ra l-id politika li kienet se twettaq il-proġett tiegħu.