- Wirja: Is-70 anniversarju tad-Dikjarazzjoni ta' Schuman. 9 ta' Mejju 1950
- Il-vokazzjoni Ewropea ta' Strasburgu
L-orjentazzjoni Ewropea ta' Strasburgu hija waħda antika; l-għeruq tagħha jinsabu fil-ġeografija u fl-istorja. F'salib it-toroq tad-dinja Ġermanika u dik Latina, u spiss fil-qalba tar-rivalità bejn Franza u l-Ġermanja, id-destin ta' din il-belt huwa marbut ma' dak tal-Ewropa. Sede mill-1919 tal-Kummissjoni Ċentrali għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu, il-belt ta' Strasburgu, wara t-Tieni Gwerra Dinjija, stabbiliet lilha nnifisha bħala s-simbolu tal-paċi u tar-rikonċiljazzjoni Franko-Ġermaniża.
Din hija r-raġuni għalfejn, fl-1949, il-belt saret is-sede tal-Kunsill tal-Ewropa, li l-objettiv tiegħu huwa li jikkonsolida d-demokrazija pluralista, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem. L-orjentazzjoni Ewropea ta' din il-belt ġiet affermata fl-1952 meta saret is-sede tal-Assemblea Komuni tal-KEFA, li l-ewwel saret l-Assemblea Parlamentari Ewropea u mbagħad saret il-Parlament Ewropew, li kull sena jorganizza t-tnax-il sessjoni plenarja tiegħu fi Strasburgu.