Wirja
- Wirja: Is-70 anniversarju tad-Dikjarazzjoni ta' Schuman. 9 ta' Mejju 1950
- L-iffirmar tat-Trattat KEFA
Fit-18 ta' April 1951, it-Trattat KEFA ġie ffirmat u ssiġillat f'Pariġi minn Robert Schuman għal Franza, Konrad Adenauer għar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Paul van Zeeland u Joseph Meurice għall-Belġju, il-Konti Carlo Sforza għall-Italja, Joseph Bech għal-Lussemburgu, u Dirk Stikker u Jan Van den Brink għan-Netherlands.
Fil-preambolu jissemmew siltiet twal mid-dikjarazzjoni tad-9 ta' Mejju. Konkluż għal perjodu ta' ħamsin sena, it-Trattat huwa meqjus u preċiż. F'dan is-suċċess diplomatiku, Schuman żvolġa rwol deċiżiv li kkonsagrah bħala "Missier l-Ewropa".