Wirja
- Wirja: Is-70 anniversarju tad-Dikjarazzjoni ta' Schuman. 9 ta' Mejju 1950
- Robert Schuman, l-ewwel President tal-Assemblea Parlamentari Ewropea
Robert Schuman ġie elett l-ewwel President tal-Assemblea Parlamentari Ewropea fid-19 ta' Marzu 1958 u okkupa din il-kariga sa Marzu 1960. Minkejja li kellha kompetenzi limitati, l-Assemblea kienet għal qalb Schuman billi kienet l-istituzzjoni politika per eċċellenza: organu demokratiku li jirrappreżenta l-popli, organu ta' kontroll tas-setgħat eżekuttivi kif ukoll element li jressaq lill-Komunitajiet Ewropej aktar qrib xulxin.
Fl-10 ta' Mejju 1960, bil-għan li tfakkar l-għaxar anniversarju tad-Dikjarazzjoni ta' Schuman, l-Assemblea Parlamentari Ewropea tat omaġġ lill-ex President tagħha u adottat b'akklamazzjoni riżoluzzjoni li fiha ddikjarat li Schuman jistħoqqlu r-rikonoxxenza tal-Ewropa.