Wirja
- Wirja: Is-70 anniversarju tad-Dikjarazzjoni ta' Schuman. 9 ta' Mejju 1950
- Ir-reazzjonijiet għad-Dikjarazzjoni ta' Schuman
Id-Dikjarazzjoni ta' Schuman qajmet reazzjonijiet differenti. Ix-xettiċi fiha raw ftehim ġdid ta' ħbiberija bejn is-sidien tal-ferreriji, filwaqt li għall-Komunisti kienet l-ewwel pass lejn id-dikjarazzjoni ta' gwerra kontra l-blokk Sovjetiku. Iżda b'mod ġenerali, l-opinjoni pubblika rreaġixxiet b'mod pjuttost pożittiv għad-
Dikjarazzjoni ta' Schuman għad li ma rnexxilhiex tifhem il-portata profonda tagħha. Fuq il-livell diplomatiku u minkejja d-diffikultajiet tekniċi, il-pajjiżi Ewropej avviċinati ma xtaqux joqogħdu jħarsu lejn l-Ewropa tinbena mingħajr ma jieħdu sehem.