Wirja
Konvint li l-proġett ta' Monnet kien wieħed validu, Schuman iddeċieda li jieħu fuq spallejh ir-responsabbiltà politika. Il-biċċa ġiet ittrattata bl-akbar diskrezzjoni biex ikun evitat li l-pressjonijiet minn ambjenti ekonomiċi, il-firdiet bejn il-partiti politiċi u t-toqol tal-amministrazzjoni jimblukkaw il-proġett.
Schuman żamm lill-Parlament Franċiż fil-għama mill-preparamenti diplomatiċi għax beża' li jsir dibattitu pubbliku u prematur. Wara li l-Kanċillier Ġermaniż Konrad Adenauer aċċertah mill-appoġġ tiegħu, Schuman fl-aħħar seta' jgħarraf lill-Gvern Franċiż. Issa kollox kien lest biex iħabbar pubblikament il-pjan tiegħu.