Wirja
- Wirja: Is-70 anniversarju tad-Dikjarazzjoni ta' Schuman. 9 ta' Mejju 1950
- In-negozjati tat-Trattat KEFA
Deċiż li jaġixxi malajr biex japprofitta mill-entużjażmu li qanqlet id-dikjarazzjoni tiegħu tad-9 ta' Mejju, Schuman organizza f'Pariġi konferenza inkarigata li tittraduċi l-proġett innovattiv tiegħu f'testi ċari u preċiżi. Sa mill-bidu nett, Schuman saħaq fuq l-importanza li jkun hemm awtorità sovranazzjonali u solidali biex tmexxi s-suq komuni. Ir-Renju Unit, ostili għall-prinċipju sovranazzjonali, għażel li jibqa' barra.