Wirja
- Wirja: Id-Dikjarazzjoni ta’ Schuman
- Negozjati multilaterali
Fl-20 ta' Ġunju 1950, ir-rappreżentanti tas-sitt pajjiżi taw bidu f'Pariġi għan-negozjati tal-Pjan ta' Schuman. Miftuħin għall-idea ta' Awtorità Għolja indipendenti, il-pajjiżi tal-Benelux irrikjedew bħala kontroparti l-ħolqien ta' organu intergovernattiv, il-Kunsill speċjali tal-Ministri. Twaqqfet Assemblea komuni. Kien hemm ukoll pjanijiet biex tinħoloq Qorti tal-Ġustizzja biex tirriżolvi t-tilwim.
Fuq il-livell ekonomiku, in-negozjaturi rsistew biex jagħtu lill-Komunità l-mezzi biex tiżgura ż-żarmar tal-kartelli tal-industrija peżanti Ġermaniża u torganizza l-produzzjoni tal-minjieri u tal-industrija tal-azzar. It-Trattat li jistabbilixxi l-KEFA ġie inizjalat mis-sitt delegazzjonijiet fid-19 ta' Marzu 1951.