Wirja
- Wirja: Is-70 anniversarju tad-Dikjarazzjoni ta' Schuman. 9 ta' Mejju 1950
- Innovazzjoni istituzzjonali
Għal Schuman u Monnet, suq komuni tal-faħam u l-azzar seta' jinħoloq biss bis-saħħa ta' istituzzjonijiet effikaċi. Dan kien jinvolvi b'mod partikolari l-koordinament tal-investimenti, l-organizzazzjoni tal-produzzjoni u l-kontroll tal-prezzijiet filwaqt li jiġi żgurat ir-rispett tar-regoli tal-kompetizzjoni u tal-protezzjoni soċjali.
L-amministrazzjoni komuni tal-faħam u l-azzar kellha ssir minn istituzzjoni finanzjarjament awtonoma, l-Awtorità Għolja, kapaċi taħdem bħal organu kulleġġjali magħmul minn personalitajiet indipendenti bil-ħsieb li jkun gvern Ewropew fi stadju embrijunali. Hija u taġixxi fl-interess ġenerali, l-Awtorità Għolja kienet risposta oriġinali għall-egoiżmi nazzjonali.