Wirja
- Wirja: Is-70 anniversarju tad-Dikjarazzjoni ta' Schuman. 9 ta' Mejju 1950
- Id-dħul fis-seħħ tat-Trattat KEFA
L-istituzzjonijiet li ħoloq it-Trattat huma: Awtorità Għolja assistita minn Kumitat Konsultattiv, Assemblea komuni, Qorti tal-Ġustizzja u Kunsill speċjali tal-Ministri. Wara li ffirmaw it-Trattat, is-sitt pajjiżi kien baqgħalhom isolvu l-kwistjonijiet prattiċi relatati mas-sede tal-istituzzjonijiet.
Fin-nuqqas ta' qbil definittiv, kien il-Lussemburgu li laqa' l-Awtorità Għolja, il-Kunsill u l-Qorti tal-Ġustizzja tal-KEFA, filwaqt li s-sede uffiċjali tal-Assemblea komuni ġiet stabbilita fi Strasburgu. It-Trattat KEFA daħal fis-seħħ fil-25 ta' Lulju 1952, appena seba' snin wara t-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija, u huwa matriċi tal-Unjoni Ewropea tal-lum.